Programm Liturgiku

 

Up
Programm Liturgiku
Festi Esterni

 

 

PROGRAMM LITURĠIKU

TAL-FESTA TA’ KRISTU RE 2010

 
 
It-Tlieta, 13 ta' Lulju

ŻJARA LILL-ANZJANI

Post: San Vinċenz De Paule Home
Ħin: 9.30 a.m.

Tluq minn quddiem il-Knisja. Kulħadd hu mistieden partikularment kull min għandu xi ħadd minn qrabatu rikoverat f'din ir-Residenza.

   
L-Erbgħa, 14 ta' Lulju

QUDDIESA

Post: Triq l-Isqof Pietru Pace
Ħin: 7.30 p.m.

Quddiesa għall-familji, organizzata mill-Familja Cachia u miċ-Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizzazjoni.

   
Il-Ħamis, 15 ta' Lulju

QUDDIESA

Post: Triq il-Malvizz
Ħin: 7.30 p.m.
 

Quddiesa għll-Familji ta' l-inħawi. Organizzata mill-Grupp Kariżmatiċi tal-Parroċċa.

   
Il-Ħadd, 18 ta' Lulju

JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-Quddies ta’  matul il-jum ikun fil-ħinijiet tas-soltu, u  ssir OMELIJA  dwar it-tifsira nisranija tal-Festa.

8.00pm: Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-knisja. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni ir-Rev. Dun Keith Scicluna.

 Wara jkun hemm attivita’ miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ.
   
It-Tnejn, 19 ta' Lulju

JUM IL-KOMUNITA' PARROKKJALI

6.30pm Quddiesa għall-bżonnijiet tal-Paroċċa fi żmien il-Festa.  Jiċċelebra l-Kappillan Rev. Kan. Dun  Vinċenz Cachia.

Mistiedna l-Għaqdiet Reliġjużi, Ċiviċi, Soċjali, Kulturali u Politiċi                kollha tal-Parroċċa.

7.30pm  Adorazzjoni Solenni ta’ Talb għall-bżonnijiet tal-Parroċċa fi żmien il-Festa.

8.00pm  Ħruġ Solenni ta’ l-Istatwa Titulari ta’ Kristu Re għall-qima tagħna fi żmien il-ġranet tal-Festa.

   
It-Tlieta, 20 ta' Lulju

JUM IT-TFAL

6.00pm - It-tfal, bniet u subien, jinġabru ħdejn il-Qasam tal-Museum tas-Subien, Triq l-Arkata, biex jakkumpanjaw l-istatwa żgħira  ta’ KRISTU RE sal-Knisja Parrokkjali minn Triq Tramuntana, Triq Ninu Cremona u Pjazza.

6.30pm - Quddiesa animata mit-tfal stess immexxija mis-Superjuri u s-Soċi taż-żewġ oqsma tal-MUSEUM. Jiċċelebra Rev. Dun Reuben Micallef, Kappilln tal-Paroċċa ta' Santa Luċija, Mtarfa

Wara fuq iz-zuntier ikun hemm attivita’ għall-familja mtella’ mill-Kummissjoni Festa Kristu Re

   
L-Erbgħa, 21 ta' Lulju

JUM IL-PAWLISTI

L-Ewwel  Jum tat-Tridu

6.30pm - Quddiesa għall-bżonnijiet tal-familji Residenti u dawk il-Pawlisti kollha li twieldu u għexu għal xi żmien f'Paola u llum qed jgġixu f'xi lokalita' oħra. Jiċċelebra l-Kappillan Rev. Kan. Dun  Vincenz Cachia.

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi r-Rev. Dun Vinċenz Deguara

   
Il-Ħamis, 22 ta' Lulju

JUM IL-FAMILJA

It-Tieni Jum tat-Tridu

6.30pm -Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja. Mistiedna l-familji kollha li kellhom tarbija matul dawn l-aħħar tnax il-xahar.  It-trabi kollha preżenti jiġu ppreżentati  lil Kristu Re .

Mistiedna wkoll  dawk kollha   li matul is-sena qed jiċċelebraw il-25 jew il-50 anniversarju taż-Żwieġ tagħhom.

Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni r-Rev. Dun Noel Vassallo, Kappillan tal-Parroċċa ta' Santa Marija, Attard.

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi r-Rev. Patri Herbert Friggieri S.J.

   
Il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju

JUM L-ANZJANI

It-Tielet Jum tat-Tridu

6.00pm - Quddiesa għall-Morda u l-Anzjani kollha tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Mistiedna l-Anzjani Pawlisti li jinsabu f’xi Dar Residenzjali tal-Knisja, Stat jew Privat. Jiċċelebra l-Quddiesa r-Rev. Kan. Dun Anthony Cassar, Propostu, Parroċċa Santa Elena, Birkirkara.

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi  Rev. Dun Mario Agius.

Wara  l-Funzjoni  jkun  hemm  Bibita għall-Anzjani.   

Dawk  li għandhom   bżonn   trasport   huma mitluba biex javżaw l-Uffiċċju Parrokkjali kmieni kemm jista’ jkun.

   
Is-Sibt, 24 ta' Lulju

LEJLIET IL-FESTA

5.45pm - Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes madwar il-Knisja li tagħti bidu għall-Quddiesa Solenni Konċelebrata bil-Kant tal-Vespri bis-sehem tas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Jiċċelebra Mons Isqof George Frendo OP, Isqof Awżiljarju ta' Tirana - Durres, Albanija

   
Il-Ħadd, 25 ta' Lulju

JUM IL-FESTA

6.30am - Quddiesa normali ta’ nhar ta’ Ħadd. Jiċċelebra Rev.  Dun Tito Sammut

8.00am - Quddiesa mmexxija mill-Grupp Kariżmatiku. Jiċċelebra Rev. Dun Christopher Galea, Kappillan, Parroċċa Lourdes, Paola.

9.30am - Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Kan. Dun Vincenz Cachia, Kappillan. Il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta' Mro Rev. Mons. John Galea li jesegwixxi l-Quddiesa l-Kbira ta' Maestro Carlo Diacono. Tindaqq l-Antifona ta' Kristu Re, kompożiżżjoni ta' Mro Carlo Diacono (li nstabet fl-arkivji tal-familja Diacono wara ħafna snin mitlufa).

11.30am - Quddiesa mmexxija mill-Membri tal-Mixja Neo Katekumenali.  Jiċċelebra Rev. Patri Robert Grech OCD

Fil-Quddies kollu ta’ filgħodu jkun hemm Omelija dwar KRISTU RE

6.00pm -  Quddiesa Solenni Konċelebrata  bil-kant tal-Vespri mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons Isqof Mario Grech, Iqof ta' Għawdex, li jinseġ  ukoll il-Paniġierku tal-Festa.

7.45pm - Manifestazzjoni bl-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE li tgħaddi mill-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Żabbar u l-Pjazza

10.30pm - Dħul ta’ l-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE. 

Kant ta’ l-Antifona,  Konsagrazzjoni tal-Parroċċa u Barka Sagramentali. Imexxi Rev. Mons Dun Edgar Attard

Matul iċ-celbrazzjonijiet Liturġiċi, fejn ma' jindikax xort'oħra, jieħu sehem il-Kor Parrokkjali HALLELUJAH

   
Il-Ħadd, 1 ta' Awwissu

I9.30am -  Quddiesa ta’ Ringrazzjament u dħul ta’ l-Istatwa Titulari fin-niċċa. Jiċċelebra Rev. Kan Dun Vincenz Cachia, Kappillan

   

VIVA   KRISTU   RE