News
Archived News

 

Up
News
Activities
Society History
Festa
Committee
Presidents
Maestros
Director Profile
The Band
Concerts
Compact Discs
Publications
Visits Abroad
Works of Art
Christ the King Statue
Holy Week
Hymns
Society Photos
Contact Us
Society Links

 

 

NEWS - AHBARIJIET

12-07-2010 Jum it-Twaqqif tal-Paroċċa
10-07-2010 Inawgurazzjoni ta' l-Arkivju l-Ġdid
30-06-2010 Kunċert b'tifkira tat-tqegħid ta' l-ewwel ġebla
  Ir-rigal tas-Soċjeta' lill-Parroċċa fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju
04-04-2010 Rebbieħa tal-Lotterija ta' l-Għid

 

JUM IT-TWAQQIF TAL-PAROĊĊA

Fit-12 ta' Lulju ġie mfakkar jum it-twaqqif tal-Paroċċa.

Iċ-ċelebrazzjoni bdiet bi translazzjoni u purċissjoni bil-Verulignum mill-knisja ta’ Santa Ubaldeska sal-knisja Parrokkjali bil-parteċipazzjoni  tal-Kavallieri tas-Santu Sepulkru u l-Banda Kristu Re li  akkumpanjat b’Innijiet Sagri. Dan wassal għal bidu tal-Quddiesa Pontifikali Konċelebrata minn Mons Arċisqof Pawlu Cremona OP flimkien ma’ l-Isqfijiet mistiedna u mal-Kappillan u l-Kleru; il-Kappillani tal-Parroċċi ta’ Ħal Tarxien, tal-Madonna  ta’ Lourdes (Paola), ta’ Santa Luċija, ta’ Ħal-Luqa u tal-Fgura; ir-Retturi u l-Komunitajiet tal-Patrijiet Kapuċċini u Agostinjani;  rappreżentanti tal-Kapitli tal-Kottonera u Saċerdoti li ħadmu fil-paroċċa. Waqt din il-quddiesa ħa sehem il-Kor Parrokkjali Hallelujah u l-Orkestra.

Fi tmiem il-Funzjoni Liturġika tkanta t-TE DEUM  u jsir il-kxif u t-tberik ta’ Rħama Kommemorattiva li tfakkar il-mitt sena parroċċa minn Mons Arċisqof.

  

Qabel il-quddiesa ill-Banda Kristu Re tas-Soċjeta’ Fil. G.M. Fra Antoine de Paule organizzat marċ li beda minn Pjazza Antoine de Paule u għaddi mit-toroq Arkata, Tramuntana u Santa Ubaldeska fejn ingħaqad mal-Purċissjoni tal-bidu tal-Quddiesa Pontifikali. Wara indqaa marċ mill-Banda Marija Annunzjata, Tarxien li kienet mistiedna tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Sultan Banda Paola. 

 

Il-jum ingħalaq bi programm Mużikali fi Pjazza Antoine de Paule mis-Soċjeta’ Fil. G.M. Fra Antoine de Paule Banda Kristu Re

 

INAWGURAZZJONI TA' L-ARKIVJU L-ĠDID

Fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tas-Soċjeta' Filarmonika G.M. Fra Antoin DePaule, is-Sede ġie mgħoni b'arkivju ġdid għall-mużika li jista' jitqies bħala kapolavur. Fl-imkien ma' l-arkivju ġiet ukoll inawgurata is-Sala Dun Karm Bologna. Il-ftuħ uffiċjali sar nhar is-Sibt 10 ta' Lulju mill-E.T. il-President tar-Repubblika ta' Malta, Ġorġ Abela u sar it-tberik mill-E.T. Arċisqof ta' Malta, Mons Pawlu Cremona O.P.

Aktar dettalji dwar l-arkivju jitellgħu dalwaqt.

 

 

 

 

 

KUNĊERT B'TIFKIRA TAT-TQEGĦID TA' L-EWWEL ĠEBLA

Nhar l-Erbgħa 30 ta' Ġunju il-Kunsill Lokali Paola organizza attivita storika bis-sehem taż-żewġ baned fil-parroċċa ta’ Kristu Re. Dan fl-Okkażżjoni tal-100 sena mit-Twaqqif ta’ din il-Parroċċa f’Raħal Ġdid u bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet diversi li qed isiru biex jitfakkar dan l-avveniment. Fis-7.30 ta' filgħaxija il-Banda Kristu Re u l-Banda Paola jibdew korteo` minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali sa Pjazza Sta Ubaldesca fejn  twieldet din il-parroċċa. Hemmekk saret ċerimonja ta' kxif ta' irħama kommemorattiva mis-Sindku ta' Paola u t-tberik tagħha mir-Rev. Kappillan Kan. Vincenz Cachia. Iż-żewġ baned flimkien mal-Kunsill u l-Kumitat Organizattiv u l-Kleru tal-parroċċa mxew sa Pjazza Antoine De Paule. Fit-9.00 ta' filgħaxija ittella' programm mużikali fuq palk armat apposta quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Sultan, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Spiteri, daqqet siltiet ta' Chattaway, Sibelius,  Verdi, Tchaikovsky u arrangamenti oħra. Il-Banda Kristu Re tas-Soċjeta Fil. Gran Mastru De Paule, taħt id-direzzjoni tas-Surnast David Sammut, daqqet xogħolijiet ta' Jacob de Haan, Puccini, Horner u David Sammut.

 

Fi tmiem is-serata saru preżentazzjonijiet u l-għoti ta' l-Onorifiċenza Ġieħ Paola mis-sindku tal-lokal lil Peri Lawrence Mintoff u lis-Sur Joe Cini. Indaqqew wkoll l-innijiet taż-żewġ baned, u ż-żewġ baned flimkien daqqew l-innijiet lil Kristu Re. Il-programm kien preżentat minn Ray Azzopardi

Programm Mużikali mill-Banda Kristu Re u l-Banda Paola

L-Erbgħa 30 ta` Ġunju 2010,  8.30pm

 

Innu Kristu Re Vincenzo Ciappara
Theme :     Spanish Fever  ay Chattaway
Overture Ross Roy Overture   (Jakob De Haan)
Poema Sinfonika  Finlandia  (Jean Scibelius)
Musical :    I Dreamed a dream minn Les Miserables Arnold Schoenberg
Tkanta : Marvic Monreal
Soundtrack :    Flashdance …..  what a feelin`  Arr. Jerry Nowak
Opra :   O Mio Bambino carom inn Gianni Schicchi  Giacomo Puccini
Tkanta : Marvic Monreal
Solo for Trumpet :     The Golden Trumpet Arr. David Sammut
Solista :  Mark Farrugia
Sinfonia :    Nabucco Guiseppe Verdi
Concert Piece :    Ammerland Jacob De Haan
Selection :    The Best of Zucchero  Arr. Palmino Pia
Soundtrack :    The Mask of Zorro James Horner 
Arr. John Moss
Sinfonia :    Marcia Slava Peter llyitch Tchaikovsky
Selection :  Canta Napoli Tradizzjonali 
Arr. David Sammut

 

Diskors mis-Sindku u Preżentazzjoni u għoti tal-Onorifiċenza “Gieħ Paola”

 

Innu Marc Banda Paola  (Mario Testa)

Innu De Paola    (Joseph Stivala)

Innu “Qalb il-Burraxka”    (Tradizzjonali)

 

Surmast Direttur Banda Kristu Re  :  Mro. David Sammut

Surmast Direttur Banda Paola   :  Mro. Mauro Spiteri

 

Jippreżenta  :  Ray Azzopardi

 

IR-RIGAL TAS-SOĊJETA' LILL-PARROĊĊA FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊENTINARJU

Malli beda joqrob iċ-Ċentinarju, il-kumitat ħaseb biex is-Soċjeta' tagħti rigal xieraq lill-Parroċċa biex jibqa' tifkira tal-Festi Ċentinarji li qed iseħħu fostna. Wara konsultazzjoni bejn il-Kumitat u anke s-Sezzjoni Partitarji kif ukoll mal-Kappillan ittieħdet id-deċiżjoni li nħallu memorja tas-Soċjeta' fil-Knisja billi nirregalaw Missal tal_Fidda lill-Parroċċa.

Ix-xogħol fuq id-disinn sar mis-sur John Suda. Id-disinn sar fl-injam u jinkludi xogħol fin magħmul b'reqqa kbira. Fuq quddiem tal-Missal li kellu jinkesa bil-fidda, ġiet skolpita l-emblema tal-Paroċċa jiġifieri l-kurun u-xettru li jirrapreżentaw ir-Renju ta' Kristu flimkiena ma' stola fuq l-imħadda. Fuq wara u bl-istess xogħol ġiet skolpita l-arma tal-Gran Mastru De Paule li hija parti mill-arma tas-Soċjeta' tagħn. Ix-xogħol sar minn Tarcisio Cassar taż-Żejtun, li kkordina x-xogħol mad-disinjatur u flimkien tawna opra mill-isbaħ fil-fidda li hija waħda mill-iktar oġġetti prezzjużi li nsibu fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Missal ġie irregalat lill-Parroċċa fit-22 ta' Novembru 2009 fi tmiem il-Kunċert Annwali tal-Banda Kristu Re. Dan il-kunċert kien parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festi Ċentinarji tal-Parroċċa. Il-President tas-Soċjeta' rregala l-Missal lill-Kapillan Rev. Kan. Vincenz Cachia li min-naħa tiegħu rringrazja mill-qalb lis-Soċjeta' għal dan ir-rigal prezzjuż u memorabbli f'okkażjoni hekk kbira.

Il-Missa intuża għall-ewwel darba fil-Quddiesa ta' nofs il-lejl f-Jum il-Milied 2009 u baqa jintuża f'funzjonijiet speċjali matul il-Festi Ċentinarji. Id-disinn ta' l-injam ta' l-istess Missal jinsab espost fis-sala Dun Karm Bologna fis-Sede ta-Soċjeta' De Paule.

 

REBBIEĦA TAL-LOTTERIJA TA' L-GĦID

 

 

TIBDIL FIL-WEBSITE/CHANGES TO WEBSITE

Bħalissa qed jiġi rrivedut il-kontenut kollu preżenti tal-website u qed jiġi ppreparat materjal ġdid. Ġew maħluqa żewg buttuni ġodda - waħda ddedikata ghal-Festa ta' Kristu Re' u waħda għall-Banda. Ftit minn dawn it-tibdiliet huma frott is-suġġerimenti li rċevejna mill-viżitaturi ta' din il-website. Għalhekk inħeġġukom biex tibgħatu aktar suġġerimenti fuq l-email boffa@maltanet.net mill-aktar fis.

The contents of the website are currently being revised and new material is being prepared. Some of these changes are the result of feedback received from visitors to the site. We urge you to send us further feedback on boffa@maltanet.net .

 

 

 

 

horizontal rule