Festi - Ġewwa

 

Up
Festi - Ġewwa
Festi Esterni
Programm Mużikali
Photos 2009

 

 

PROGRAMM LITURĠIKU

TAL-FESTA TA’ KRISTU RE 2009

 

Bejn l-Erbgħa, 8  u  l-Ħamis, 16 ta’ Lulju

Quddies (fil-ġranet indikati) bi preparazzjoni għall-Festa Titulari f'żoni periferjali għall-familji

(Qabel il-quddies ikun hemm il-qrar)

   
L-Erbgħa, 8 ta' Lulju

MIXJA NEOKATEKUMINALI

Post: Triq ix-Xewk

   
Il-Ħamis, 9 ta' Lulju

KUMMISSJONI ŻGĦAŻAGĦ

Post: Triq il-Liedna

   
Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju

GRUPP KARISMATIKU "EL SHADDAI"

Post: Triq Malvizz

   
It-Tnejn, 13 ta' Lulju

GRUPP KARISMATIKU "MARIJA OMM ALLA"

Post: Triq il-Ħidma

   
L-Erbgħa,15 ta' Lulju

ĊELLOLI PARROKKJALI GĦALL-EVANĠELIZZAZJONI


Post: Triq il-Ħidma

   
Il-Ħamis,16 ta' Lulju Post: Triq l-Isqof Pietru Pace, Familja Cachia.
   
It-Tlieta,14 ta' Lulju  

JUM IL-MAĦFRA U R-RIKONĊILJAZZONI

9.30am: Tluq minn quddiem il-Knisja għal ŻJARA LILL-ANZJANI li jgħixu f’San Vincenz de Paule Home. Kulħadd hu mistieden partikularment kull min għandu xi ħadd  minn qrabatu rikoverat f’din ir-Residenza.      

6.00pm  Knisja Parrokkjali - Quddiesa u ċelebrazzjoni Ewkaristika b’talb għall-fejqan spiritwali, morali u fiżiku animata mill-Gruppi Kariżmatiċi tal-Parroċċa. Jiċċelebra Rev. Dun Reuben Micallef, Kappillan tal-Parroċċa Santa Luċija, Mtarfa.

   
Il-Ħadd,19 ta' Lulju

JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-Quddies ta’  matul il-jum ikun fil-]inijiet tas-soltu, u  ssir OMELIJA  dwar it-tifsira nisranija tal-Festa.

8.00pm: Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ fuq iz-zuntier tal-knisja. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Patri Franco Fenech OFM Cap., Kappillan tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

 Wara jkun hemm attivita’ miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ.
   
It-Tnejn, 20 ta' Lulju

JUM IL-KOMUNITA' PARROKKJALI

6.30pm Quddiesa għall-bżonnijiet tal-Paroċċa fi żmien il-Festa.  Jiċċelebra l-Kappillan Rev. Kan. Dun  Vinċenz Cachia.

Mistiedna l-Għaqdiet Reliġjużi, Ċiviċi, Soċjali, Kulturali u Politiċi                kollha tal-Parroċċa.

7.30pm  Adorazzjoni Solenni ta’ Talb għall-bżonnijiet tal-Parroċċa fi żmien il-Festa.

8.00pm  Ħruġ Solenni ta’ l-Istatwa Titulari ta’ Kristu Re għall-qima tagħna fi żmien il-ġranet tal-Festa.

   
It-Tlieta, 21 ta' Lulju

JUM IT-TFAL

6.00pm - It-tfal jinġabru ħdejn il-Qasam tal-Museum tas-Subien, Triq l-Arkata, biex jakkumpanjaw l-istatwa żgħira  ta’ KRISTU RE  sal-Knisja Parrokkjali minn Triq Tramuntana, Triq Ninu Cremona u Pjazza.

6.30pm - Quddiesa animata mit-tfal stess immexxija mis-Superjuri u s-Soċi taż-żewġ oqsma tal-MUSEUM. Jiċċelebra Rev. Dun Vincenz Deguara

Wara fuq iz-zuntier ikun hemm attivita’ għall-familja mtella’ mill-Kummissjoni Festa Kristu Re

   
L-Erbgħa, 22 ta' Lulju

JUM IL-PAWLISTI

L-Ewwel  Jum tat-Tridu

6.30pm - Quddiesa għall-bżonnijiet tal-familji residenti u dawk il-Pawlisti kollha li llum m’għadhomx jgħixu fil-Parroċċa. Jiċċelebra l-Kappillan Rev. Kan. Dun  Vincenz Cachia.

Mistiedna dawk kollha li twieldu u għixu għal xi żmien f’Paola u llum għandhom familja tagħhom u qed jabitaw f’xi lokalita’ oħra.

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi Rev. Patri Herbert Friggieri SJ

   
Il-Ħamis, 23 ta' Lulju

JUM IL-FAMILJA

It-Tieni Jum tat-Tridu

6.30pm -Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja. Mistiedna l-familji kollha li kellhom tarbija matul dawn l-aħħar tnax il-xahar.  It-trabi kollha preżenti jiġu ppreżentati  lil Kristu Re .

Mistiedna wkoll  dawk kollha   li matul is-sena qed jiċċelebraw il-25 jew il-50 anniversarju taż-Żwieġ tagħhom.

Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Rev. Dun Vincenz Deguara

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, ting]ata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi Rev. Kan. Dun Mario Agius

   
Il-Ġimgħa, 24 ta' Lulju

JUM L-ANZJANI

It-Tielet Jum tat-Tridu

6.00pm - Quddiesa għall-Morda u l-Anzjani kollha tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Mistiedna l-Anzjani Pawlisti li jinsabu f’xi Dar Residenzjali tal-Knisja, Stat jew Privat. Jiċċelebra l-Quddiesa Rev. Kan. Dun Mario Agius.

Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona, ting]ata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Imexxi  Rev. Dun Tito Sammut.

Wara  l-Funzjoni  jkun  hemm  Bibita g]all-Anzjani.   

Dawk  li għandhom   bżonn   trasport   huma mitluba biex javżaw l-Uffiċċju Parrokkjali kmieni kemm jista’ jkun.

   
Is-Sibt, 25 ta' Lulju

LEJLIET IL-FESTA

5.45pm - Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes madwar il-Knisja li tagħti bidu għall-Quddiesa Solenni Konċelebrata bil-Kant tal-Vespri bis-sehem tas-Saċerdoti tal-Parroċċa. Jiċċelebra Mons Dun Anton Gouder, Pro Vigarju Ġenerali

   
Il-Ħadd, 25 ta' Lulju

JUM IL-FESTA

6.30am - Quddiesa normali ta’ nhar ta’ Ħadd. Jiċċelebra Rev.  Dun Tito Sammut

8.00am - Quddiesa mmexxija mill-Grupp Karismatiku. Jiċċelebra Rev. Dun Christopher Galea, Kappillan, Parroċċa Lourdes, Paola.

9.30am - Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Collegium Musicum. Jiċċelebra r-Rev. Kan. Dun Vincenz Cachia, Kappillan

11.30am - Quddiesa mmexxija mill-Membri tal-Mixja Neo Katekumenali.  Jiċċelebra Rev. Patri Robert Grech OCD

Fil-Quddies kollu ta’ filgħodu jkun hemm Omelija dwar KRISTU RE

6.00pm -  Quddiesa Solenni Konċelebrata  bil-kant tal-Vespri mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons Silvester C. Magro OFM, Amministratur Appostoliku f’Benghazi, fil-Libya.

Jinseġ il-Paniġierku  Rev. Patri Martin Mamo OFM, Cap.

7.45pm - Manifestazzjoni bl-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE li tgħaddi mill-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Żabbar u l-Pjazza

10.30pm - Dħul ta’ l-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE. 

Kant ta’ l-Antifona,  Konsagrazzjoni tal-Parroċċa u Barka Sagramentali. Imexxi Rev. Mons Dun Edgar Attard

Matul il-jiem  tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali HALLELUJAH

   
Il-Ħadd, 2 ta' Awwissu

I9.30am -  Quddiesa ta’ Ringrazzjament u dħul ta’ l-Istatwa Titulari fin-niċċa. Jiċċelebra Rev. Kan Dun Vincenz Cachia, Kappillan

   

VIVA   KRISTU   RE