Festi Esterni

 

Up
Programm Liturgiku
Festi Esterni

 

 

PROGRAMM FESTI ESTERNI

18 - 26 ta' LULJU 2009
 
Il-Ħadd, 18 ta' Lulju

JUM IŻ-ŻAGĦŻAGĦ

Attivita' reliġjuża fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali organizzata miż-żagħżagħ għaż-żgħażagħ.

   
It-Tnejn, 19 ta' Lulju

ĦRUĠ TAL-VARA

Ħruġ min-niċċa ta' l-sitatwa titulari ta' Kristu Re' għall-qima tagħna fi żmien il-festa. Il-Banda Kristu Re tilqa' u ssellem lill-Patrun tagħna fuq iz-zuntier u tkompli bi programm ta' marċi brijużi fit toroq Vjal il-Knisja, Temi Zammit, Ġuże' D'Amato, Tarzan, Sammat, Ħal-Saflieni, San Alwiġi, Mons. F. Xuereb, S. Imbroll, ix-Xewk, Robinich, Sant'Ubaldeska, Arkata u Pjazza.

Ħin: 8.00pm

   
It-Tlieta, 20 ta' Lulju

FESTA FAMILJA

Post: Fuq iz-Zuntier

Ħin: 8.00pm

Festa Familja fuq iz-zuntier tal-Knisja mtellgħa mill-Kummissjoni Festa Kristu Re. Serata ta' kant, żfin. Ikun hemm ikel, tombla kbira u logħob ieħor.

   
L-Erbgħa, 21 ta' Lulju

MARĊI BRIJUŻI

Ħin: 8.30pm

Programm ta' marċi brijużi mill-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun fit toroq: Ġuże D'Amato, Pjazza De Paule, Ninu Cremona, Sant' Ubaldeska, Is-Sultana, Il-Ġdida, Ninu Cremona, Tramuntana, L-Arkata, Il-Ġdida, Midfna, Melita, Nazzarenu, Oratorju, Tarxien, Pjazza.

Fi tmiem il-marċ isir it-tlugħ ta' l-istatwa ta' Kristu Re fi Triq Ġuże D'Amato.

Dan il-programm huwa organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti.

   
Il-Ħamis, 22 ta' Lulju

MARĊI BRIJUŻI

Ħin: 8.30pm

Programm ta' marċi brijużi mill-Banda Stella Maris, Sliema fit toroq: Zuntier tal-Knisja tal-Kappuċini, Isqof Buhagiar, Għajn Dwieli, Il-Vittmi tax-xogħol, il-Ħidma, Wied Blandun, San Franġisk, mater Boni Consilii, Schreiber, San Ġorġ, San Ġużepp, Jospeh Stivala, Ġuże D'Amato u l-Pjazza (tinżel minn naħa ta' Hibs F.C.)

Fi tmiem il-marċ isir it-tlugħ ta' l-istatwa tal-Gran Mastru Fra Antoine De Paule fuq il-kolonna fil-Pjazza.

Dan il-programm huwa mħallas mill-Kumissjoni Festa Kristu Re u l-briju organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti.

   
   
Il-Ġimgħa, 23 ta' Lulju

MARĊ POPOLARI - L-AĦĦAR TAT-TRIDU

Ħin: 8.00 p.m.

Il-Banda Kristu Re takkumpanja l-istatwa ta' Kristu Re b'marċi brijużi madwar it-toroq ta Raħal Ġdid fost l-entużjażmu u l-briju organizzat mill-Partitarji De Paule.

Toroq:  Zuntier, Pjazza, Ninu Cremona, Tramuntana, Arkata, Ġdida, Palma (san-naħa t’isfel), titla' Palma, Tarxien, it-Tarzna, Sta Monika, San Ġużepp, Ġuże D'Amato, Sorijiet, Vjal il-Knisja, Qalb ta’ Ġesu', Kalkara, Bormla, Pjazza.

Ħin: 12.00 a.m.
Post: F
il-Pjazza

Fi tmiem il-marċ l-istatwa ta’ Kristu Re' tittella' maestożament fuq-il-kolonna fil-Pjazza akkumpanjata b’innijiet popolari mill-Banda Kritsu Re.

Ħin: 12.15 a.m.
Post: F
il-Pjazza

Spettaklu ta’ Logħob tan-Nar ta' l-Art Mekkanizzat kummissjonat mis-Soċjeta De Paule.

   
Is-Sibt, 24 ta' Lulju  

IS-SIBT LEJLIET IL-FESTA

Ħin: 8.00pm

Il-Banda Kristu Re takkumpanja l-Għaqdiet ta Raħal Ġdid fi tqegħid ta’ kuruni f’riġlejn l-istatwa ta’ Kristu Re f’nofs il-Pjazza wara korteo li jibda minn ħdejn id-Dar Parrokkjali u jgħaddi minn Triq Lampuka, tal-Borg u Pjazza.

Ħin: 8.30 p.m

Programm ta' marċi brijużi mill-Banda Sn Pietru  fil-Ktajjen, Għaqda Mużikali , ta ' Birżebbuia fit -toroq: Ġuże' D'Amato, Pjazza, Żabbar, Qalb ta' Ġesu', Vjal il-Knisja, San Ġużepp, Ġuże D'Amato, Tarzna, Sammat, Ħal Saflieni, Luqa u Pjazza.

Programm organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti. 

Ħin: 8.45 p.m

Programm mużikali mill-Banda Kristu Re taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur  David Sammut fuq il-planċier tas-Soċjeta'. M

Ħin: 10.00 p.m.

Il-Banda Kristu Re flimkien mal-Banda mistiedna San Piteru fil-Ktajjen jagħmlu marċ ‘La Veneziana’ fi Pjazza Antoine de Paule.

Ħin: 11.00 p.m.

Loghob tan-Nar ta' l-Art kummissjonat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re' b'kollaborazzjoni mas-Soċjeta' Fil. De PAule u l-Għaqda Żgħażagħ Pawlisit.

   
Il-Ħadd, 25 ta' Lulju

JUM IL-FESTA

Ħin: 9.00am

Il-marċ tradizzjonali u brijuż ta’ filgħodu, organizzat mis-Soċjeta' De Paule bis-sehem tal-Banda Kristu Re u l-Partitarji De Paule.

Toroq:  Zuntier, Pjazza, Foss, Sta Ubaldesca, Sammat, Palma, Melita, Difna, Ħal-Saflieni, Nażżarenu, Luqa, Annunzjata, Tarzna, Midfna, Luqa, Tarxien, Lampuka, Tal-Borġ, Pjazza (iddur).


Ħin: 7.15pm

Marċ mill-Banda Maria Annunzjata ta’ Ħal-Tarxien minn Triq is-Sorijiet u jkompli fi Triq tal-Borġ saz-zuntier.


Ħin: 7.30pm

Programm mużikali fuq il-planċier mill-Banda San Lawrenz, Birgu


Ħin:
7.45pm

Il-Banda Maria Annunzjata, Tarxien, isellem u wara takkumpanja l-istatwa Titulari ta' Kristu Re matul il-purċissjoni li tgħaddi mit-toroq: Pjazza, Tarxien, Lmpuka, Żabbar u lura l-Pjazza.


Ħin: 10.30pm

Dħul tal-Istatwa Titulari ta' Kristu Re lura fil-Knisja Parrokkjali akkumpanjata miż-żewġ baned mistiedna u wara jkun hemm logħob tan-nar ta' l-art mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti

   
It-Tnejn, 26 ta' Lulju

XALATA

   

VIVA   KRISTU   RE