Festi Esterni

 

Up
Festi - Ġewwa
Festi Esterni
Programm Mużikali

 

 

PROGRAMM FESTI ESTERNI MIS-SOĊJETA' G.M. FRA ANTOINE DE PAULE

F'ĠIEĦ KRISTU RE PATRUN TA' RAĦAL ĠDID

18 - 26 ta' LULJU 2009
 
It-Tnejn, 20 ta' Lulju

Marċ mill-Banda Kristu Re

Ħin: 8.00 p.m.

Il-Banda Kristu Re tilqa' l-Istatwa Titulari fuq iz-zuntier tal-Knisja.                  
Toroq
: Zuntier, Vjal il-Knisja, Temi Żammit, Ġuże D'Amato, Tarzna, Sammat, Ħal-Saflieni, San Alwiġi, Mons. F.Xuereb, S. Imbroll, Ix-Xewk, C.Robinich, San Alwiġi, Sta Ubaldesca, Arkata, Pjazza.

   
It-Tlieta, 21 ta' Lulju

FESTA FAMILJA

Post: Fuq iz-zuntier.

Imtellgħa mill-Kumitat tal-Festa.

   
L-Erbgħa, 22 ta' Lulju

RIĊEVIMENT

Post: Każin
Riċeviment għall-membri, Għaqdiet u mistiedna tas-Soċjeta'.

Ikun hemm marċ mill-Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti.

   
Il-Ħamis, 23 ta' Lulju

KUNĊERT ĠENERALI - MARĊI BRIJUŻI

Post: Każin De Paule

Ikun hemm marċ mill-Banda Stella Maris tas-Sliema organizzat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti.

   
Il-Ġimgħa, 24 ta' Lulju

MARĊ POPOLARI - L-AĦĦAR TAT-TRIDU

Ħin: 8.00 p.m.

Il-Banda Kristu Re takkumpanja l-istatwa restawrata ta' Kristu Re b'marċi brijużi madwar it-toroq ta Raħal Ġdid fost l-entużjażmu u l-briju organizzat mill-Partitarji De Paule.

Toroq:  Zuntier, Pjazza, Ninu Cremona, Tramuntana, Arkata, Ġdida, Palma (s’isfel), Palma, Tarxien, Dockyard, Sta Monika, San Ġużepp, Ġuże D'Amato, Sorijiet, Vjal il-Knisja, Qalb ta’ Ġesu', Kalkara, Bormla, Pjazza.

Ħin: 12.00 a.m.
Post: F
il-Pjazza

L-istatwa ta’ Kristu Re' tittella' maestożament fuq-il-kolonna fil-Pjazza akkumpanjata b’innijiet popolari mill-Banda Kritsu Re.

Ħin: 12.15 a.m.
Post: F
il-Pjazza

Spettaklu ta’ Logħob tan-Nar ta' l-Art Mekkanizzat kummissjonat mis-Sezzjoni Partitarji De Paule tas-Soċjeta.

   
Is-Sibt, 25 ta' Lulju  

IS-SIBT TAL-FESTA

Ħin: 8.00pm

Il-Banda Kristu Re takkumpanja l-Għaqdiet ta Raħal Ġdid fi tqegħid ta’ kuruni f’riġlejn l-istatwa ta’ Kristu Re f’nofs il-Pjazza wara korteo li jibda minn ħdejn id-Dar Parrokkjali u jgħaddi minn Triq Lampuka, tal-Borg u Pjazza.

Ħin: 8.45 p.m

Programm mużikali mill-Banda Kristu Re taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur  David Sammut fuq il-planċier tas-Soċjeta'. Mal-Banda jieħdu sehem il-kantanti u grupp taċ-ċirimelli. 

Ħin: 10.15 p.m.

Il-Banda Kristu Re flimkien mal-Banda mistiedna 'Lourdes' ta' Paola jagħmlu marċ ‘La Veneziana’ fi Pjazza Antoine de Paule.

Ħin: 11.00 p.m.

Loghob tan-Nar ta' l-Art kummissjonat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re'.

Ħin: 10.30 p.m. - 11.30 p.m.

Is-Sezzjoni Partitarji De Paule kkummissjonat programm tan-nar ta' l-ajru li jinħaraq mill-inħawi tax-Xewk.

   
Il-Ħadd,26 ta' Lulju

JUM IL-FESTA

Ħin: 9.00am

Il-marċ tradizzjonali u brijuż ta’ filgħodu, organizzat mis-Soċjeta' De Paule bis-sehem tal-Banda Kristu Re u l-Partitarji De Paule.

Toroq:  Zuntier, Pjazza, Foss, Sta Ubaldesca, Sammat, Palma, Melita, Burial, Ħal-Saflieni, Nażżarenu, Luqa, Annunzjata, Tarzna, Lampuka, Nażżarenu, Luqa, Tarxien, Lampuka, Tal-Borġ, Pjazza (iddur). Il-marċ jispiċċ fis-1.00 pm

Ħin: 7.00pm

Marċ qasir mill-Banda Maria Annunzjata ta’ Ħal-Tarxien minn Triq tal-Borġ sal Pjazza.

Ħin: 7.45pm

Il-Banda Maria Annunzjata ddoqq Fanfarra fil-ħrug tal-Istatwa Titulari u takkumpanja l-Istatwa mat-toroq ewlenin.

Il-Banda San Lawrenz tal-Birgu tilqa’ l-Istatwa minn fuq il-plancier. Wara tesegwixxi programm mużikali taħt tid-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri.

Ħin: 9.30pm

Iż-żewg baned jingħaqdu f’tarf il-Pjazza biex iwasslu l-Istatwa fuq iz-zuntier u jsir id-dħul tal-Istatwa fil-Knisja Parrokkjali akkumpanjat mil-kant tal-innijiet lil Kristu Re mill-poplu Pawlist.

Ħin: 11.00pm 

Logħob tan-nar ta' l-art kummissjonat mill-Għaqda Żgħażagħ Pawlisti

   
It-Tnejn, 27 ta' Lulju

XALATA

   

VIVA   KRISTU   RE