Festa 2009
Festi - Ġewwa Festi Esterni Programm Mużikali Photos 2009

 

Up
Festa 2005
Festa 2006
Festa 2007
Festa 2008
Festa 2009
Festa 2010
Festa 2011

 

 

Messaġġ tal-President tas-Soċjeta'

 

xi tfisser għas-soċjeta' tagħna l-Festa Titulari ta' kristu re

 

 

Nibda dan il-messaġġ tiegħi billi l-ewwel ngħid x'għandha tfisser għalina din il-festa hekk kbira. Fit-talba tal-Missierna, Ġesu' għallimna x'għandha tfisser għalina s-Saltna tiegħu. "Tiġi saltnatek, ikun dak li trid int kif fis-sema hekda fl-art". U x'għandna nagħmlu bies tassew ikun dak li jrid Hu? Qalilna Huwa stess li għandna 'l Alla fuq kollox u nħobbu l-proxxmu tagħna bħalma nħobbu lilna nfusna. Meta f'din il-festa sabiħa għandna nagħtu ġieħ lil Kristu Re billi nimxu fuq it-tagħlim Tiegħu, nersqu lejn is-Sagrament tal-qrar u tat-tqarbin, nattendu għall-funzjonijiet sbieħ li jsiru fil-knisja parrokkjali tagħna u nħobbu u nirrispettaw lill-proxxmu tagħna anke waqt l-attivitajiet esterni li jsiru fil-jiem tal-festa.

Il-festa ta' Kristu Re tfisser għall-membri u l-partitarji tas-Soċjeta' tagħna ħafna ferħ. Is-Soċjeta' tagħna dejjem stinkat u ħadet sehem f'din il-festa b'entużjażmu kbir. Dan il-ferħ tista' tarah fuq wiċċ il-membri u l-partitarji tagħna sew fil-ġranet ta' qabel kif ukoll dawk ta' matul il-ġimgħa tal-festa. It-tbissima fuq wiċċhom tkun tixhed dan il-ferħ.

Għalina l-festa titulari tfisser ukoll ħidma kbira. Il-membri u l-partitarji ta' din is-Soċjeta' jibdew il-ħidma tagħhom xhur qabel il-festa. Tarahom jorganizzaw attivitajiet biex jiġbru fondi li jippermetulhom jagħtu s-sehem tagħhom ħalli l-festa tar-Raħal tagħna tkun waħda mill-isbaħ. Il-ħidma tagħhom pero' ma tieqagx malii tispiċċa l-festa. Anzi ftit wara tibda ħidma kbira oħra biex iżarmaw u jerfgħu l-armar kollu bil-galbu fil-maħżen. Hawn nixtieq nirringrazja lill-Onor. Jason Azzopardi ta' l-għajnuna li tana biex illum għandna maħżen li qed nużawh biex nagħmlu ġid lir-Raħal tagħna.

Għall-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta' l-festa titulari tfisser ukoll ħafna ħidma u ħsibijiet. L-ewwel nett irid jaħseb għall-ispejjeż kbar li jġibu magħhom l-erba' servizzi li tagħmel il-banda matul il-jiem tal-festa. Il-Kumitat irid joqgħod attent biex waqt dawn l-erba' servizzi kollox jimxi sew allavolja nistgħu niftaħru li għandna partitarji li dejjem jimxu fuq l-istruzzjonijiet li nagħtuhom aħna. Il-Kumitat flimkien mal-partitarji jassiguraw li matul il-ġranet tal-festa l-Każin ikun imżejjen kif jixraq. Ħafna ħidma issir ukoll fil-bar tal-Każin.

Il-festa tfisser ħidma anke għas-Surmat, l-assistenti tiegħu u -delegat tal-banda li jridu jassiguraw li l-Banda tkun fl-aqwa tagħha waqt l-erba' servizzi li tagħmel fil-jiem tal-festa. Dawn ikunu mgħejuna minn dawk in-nies li jieħdu ħsieb l-arkivji, l-unformi u dak kollu li tkun tinħtieġ il-banda meta toħroġ biex tagħmel is-servizzi tagħha./

Jien inħoss li l-festa titulari għandha sservina wkoll ta' okkażżjoni biex niftakru fil-mexxejja u l-membri ta' qabilna għaliex bis-saħħa tagħhom ukll illum għandna Soċjeta' hekk kbira li qed tagħti s-sehem tagħha bis-sħiħ biex il-festa tagħna tkun suċċess.

Bħala President nixtieq inrodd ħajr lil kull min b'xi mod qed jagħti l-għajnuna lil din is-Soċjeta', partimonju ta' Raħal Ġdid. Fost dawn in-nies hemm Membri Parlamentari,  il-W.R. Kappillan V. Cachia, Presidenti Onorarji as-Soċjeta', is-Surmast, l-Assistent tiegħu w id-delegat tal-Banda, Membri sħabi tal-Kumitat, membri tal-Kumissjonijiet u l-membri u l-partitarji ferm attivi tagħna.

Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nifraħ lis-Sur Tony Bezzina f'għeluq it-30 sena tiegħu bħala President tal-Hibernians F.C. Nifraħ lilu, lill-Kumitat tiegħu u lill-plejers għas-suċċess li ġabu lejn ir-Raħal bir-rebħ tal-Kampjonat Premier. Nixtieq nagġti prosit ukoll lin-nursery tal-Hiba għar-rebħ tal-kampjonati ta' taħt id-19, taħt is-17 u taħt il-15 -il sena. Dan kollu jawgura futur sabiħ għall-futbol f'Raħal Ġdid.

GRAZZI minn-qalbi lil kulħadd. Il-FESTA T-TAJBA!

VIVA KRISTU RE!