Director Profile

 

Up
News
Activities
Society History
Festa
Committee
Presidents
Maestros
Director Profile
The Band
Concerts
Compact Discs
Publications
Visits Abroad
Works of Art
Christ the King Statue
Holy Week
Hymns
Society Photos
Contact Us
Society Links

 

MRO. DAVID SAMMUT

David Sammut twieled f'Raħal Ġdid fit-18 ta' Awwissu 1971, iben Annunziatio u Jane Sammut. Huwa miżżewweġ u għandu tifel, Daniel ta' tliet snin.

Beda l-istudji mużikali tiegħu fuq il-vjolin min għomor bikri u rebaħ bosta premijiet prestiġjużi. Ingħaqad bħala alliev mal-Banda De Paule u stinka ħafna fuq is-saxophone sopran taħt is-Surmat Joseph Xuereb u ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-Banda ta' pajjiżu ta' tnax-il sena, nhar il-Ġimgħa l-Kbira l-20 ta' April tal-1984. Issokta japprofondixxi l-istudji tiegħu fuq is-saxophone għand diversi surmastrijiet fosthom Freddie Mizzi u Joseph Vella.

Mro. Sammut studja t-teorija u l-kompożiżżjoni għand Mro. Ray Sciberras u Mro Pawlu Grech u ħa t-tagħlim fid-direzzjoni għand is-surmast Joseph Sammut.

Minbarra l-istrumenti kollha fil-familja tas-saxophone u l-vjolin, idoqq il-mandolina, il-bouzouki u l-Irish whistle. Mro. Sammut huwa mużiċista mfittex sewwa u jdoqq ma' numru ta' bands lokali f'għadd ta' funzjonijiet. Dan l-aħħar għamel tour fl-Olanda fejn daqq ma' tribute artist. Hu kien jifforma parti mill-ewwel saxophone quartet f'pajjiżna li dejjem intlaqa' tajjeb kull fejn daqq.

Fl-1997 beda jgħallem is-sezzjoni ta' l-injam fl-iSkola tal-mużika Dun Karm Bologna fi ħdan is-Soċjeta' De Paule u iktar tard klassi tat-teorija fl-istess skola. Fis-sena 2003 inħatar Assistent Direttur tal-Banda Kristu Re flimkien ma' Kevin Abela u matul dan iż-żmien idderieġa b'mod innovattiv diversi kunċerti tal-Banda.

Huwa kompożitur ta' diversi siltiet għall-banda esegwiti mill-Banda Kristu Re fosthom il-Mixja, miktuba għall-okkażjoni tal-kunċert tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Kiteb ukoll Tislima, Moods, Daniels Lullabye, Outbursts of Love, The Golden Trumpet u Solemnis, miktuba fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Presidenza tas-sur Joseph Boffa. Huwa wkoll kompożitur ta' diversi marċi brijużi u funebri u għamel ħafna arranġamenti għall-banda.

David Sammut idderieġa l-Banda Kristu Re għall-ewwel darba bħala Surmast Direttur nhar is-Sibt 26 ta' Lulju 2008, lejliet il-Festa Kristu Re, meta nħatar uffiċjalment bħala surmast. Id-direzzjoni, il-kompożizzjoni u l-abilita' li jdoqq għadd ta' strumenti huma t-trepied li fuqu David Sammut qed isawwar in-niċċa tiegħu fil-qasam mużikali. Is-Soċjeta' hija kburija b'Surmat Direttur Pawlist li beda l-karriera tiegħu proprju fl-istess każin erbgħa u għoxrin sena ilu u tinsab konvinta li hu se jkompli fuq il-passi tal-bravu Surmat Archibald Mizzi li mexxa l-Banda fil-ħmistax'il sena li għaddew u għen biex il-livell tagħha jinsab fejn hu llum.

 

horizontal rule