Archive

 

Up
Archive
Band Stand

 

 

L-ARKIVJU MUŻIKALI / THE MUSICAL ARCHIVE

Id-disinn ta' l-arkivju tas-Surmast Salvu Bugeja kien ilu ftit żmien mhux ħażin mħażżeż f'inkwadru fis-sala fejn kellu jsir. Id-disinn sar fis-sena 1992 u dawk midħla f'dan ix-xogħol kienu ta' l-idea li jekk u meta din l-opra ssir skont dan id-disinn kellha tkun biċċa xogħol kbira u kapolavur ta' Bugeja.

Wara diversi snin li fihom s-Soċjeta' tagħna wettqet diversi proġetti u opri kbar flimkien ma' tisbiħ tal-każin u filwaqt li sena wara sena kompla jikber ir-repertorju mużikali tal-Banda, il-Kumitat ħass il-ħtieġa li l-arkivju ma jibqax fuq il-karta iża jimmaterjalizza u jieħu postu fis-sala fejn kien hemm il-ħsieb li jitpoġġa meta din il-ħolma issir realta'.

Madwar sentejn ilu, jiġifieri fl-2008, il-Kumitat ħatar kummissjoni biex tibda it-triq li kellha twassalna fil-mument tal-konklużjoni ta' dan il-proġett. Intgħażel iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa u l-mitt anniversarju tal-qawmien mill-ġdid tas-Soċjeta' bħala ż-żmien li fih għandha tiġi inawgurata din l-opra. Wara studju u pjanijiet dwar il-post fejn ser jitqied u kif u fejn ser isir, intgħażlet id-ditta Sacco ta' l-Imqabba biex isir ix-xogħol fl-injam. Intgħażel ukoll l-iskultur u l-Kummissjoni magħżula bdiet issegwi u tieħu ħsieb l-andament tax-xogħol filwaqrt li sar ħafna xogħol fuq l-arkivjar tal-mużika.

L-Arkivju ġab miegħu il-bżonn ta' dehra ġdida lis-sala fejn ser jitpoġġa minħabba li l-ebda xogħol ma seta' jsir fuq il-post wara li din l-opra tkun f'postha. Għalhekk sar ukoll pjan ta' dekorazzjoni għas-sala li fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-arkivju ingħatat l-isem ta' Sala Dun Karm Bologna, fundatur tas-Soċjeta' fl-1898.

Intgħażlet id-data tal-10 ta' Lulju 2010, jumejn biss il-bogħod mill-kommemorazzjoni tat-twaqqif tal-Parroċċa biex l-għola istituzzjoni fil-pajjiż, l-E.T.  Dott. George Abela, President ta' Malta jinawgura is-Sala u l-Arkivju Mużikali. Kien xieraq ukoll li dan jiġi mbierek mill-E.T. Mons. Pawl Cremona, Arċisqof ta' Malta waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni.

Arkivju deskritt minnbosta bħala ġawra fl-injam mżejjen b'simboli skulturati fl0injam u mimli bl-ikbar repertorju mużikali f'pajjiżna. Diversi nies taw kntribut kbir biex din l-opra issir realta'. Kien hemm siegħat twal ta' xogħol fl-arkivjar u l-organizazzjoni tal-mużika biex tkun aċċessibli u kompjuterizzata. Kien hemm għajnuna finanzjarja minn diversi persuni u entitajiet li kkontribwixxew kemm għall-arkivju kif ukoll għas-sala. Kien bix-xieraq pero' li l-bustijiet fuq l-arkivju jkunu tal-fundatur Dun Carmelo Bologna u tal-president attwali is-Sur Joseph Boffa li tul it-tletin sena ta' presidenza tiegħu kkontibwixxa bil-kbir biex dan l-arkivju ma jkunx biss biċċa għamara lussuża, iżda jkun font ta' siltiet mużikali ta' kull ġeneru u stil, tal-aqwa kompożituri ta' kull żmien. Mużika li tindaqq mill-Banda Kristu Re li llum hija magħrufa għall-kunċeri kbar li tagħmel tul is-sena.