|
|
|
|
Messagg tal-President tas-Socjeta' IT-TWETTIQ TA' L-GHANIJIET TAS-SOCJETA'
Is-sena ta' hidma tas-Socjeta' li jiena ghandi l-unur li mmexxi tibda ftit taz-zmien wara l-festa titulari tal-Oatrun tal-parrocca, Kristu Re, u taghlaq fit-tmiem tal-festa titulari tas-sena ta' wara. Harsa hafifa lejn l-attivitajiet ta' din is-Socjeta' matul is-sena, turina li dawn isiru bl-iskop li kemmjista' jkun jintlahqu s-sitt ghanijiet tas-Socjeta' hekk kif insibuhom miktuba fl-istatua taghna. Ahna lkoll ghandna ninsistu u nirsistu biex dawn l-ghanijiet ma jibqghux buss fuq il-karta, izda kemm jista' jkun inqieghduhom fil-prattika. L-ghan ewlieni tas-Socjeta' taghna hu li din twaqqaf, tmexxi u torganizza banda f'Paola bl-ahjar elementi possibli. Il-banda waqqfuha missirijietna 'l fuq minn mitt sena ilu. Ix-xoghol taghna issa huwa li mmexxuha u norganizzawha b'mod li taghmel unur lilna u lil-lokal taghna. Ahna qed nahdmu ghalih billi nghallmu studenti godda, nikkoltivaw ghadd ta' bandisti tal-post u nistiednu jdoqqu maghna bandisti ohra ta' livell gholi. Ahna nzommul l-banda attiva s-sena kollha b'kuncerti u servizzi ohra. It-tieni ghan tas-Socjeta' huwa li tinkoragixxi u xxerred it-taghlim tal-muzika l-aktar fost iz-zghazagh u t-tfal. Is-socjeta' ilha zmien taghmel dan u biex inkomplu nsahhu dan it-taghlim waqqafna skola tal-muzika ddedikata lil Dun Karm Bologna, dak il-kjeriku li gabar l-ewwel studenti tal-muzika fid-dar tieghu stess ghall-ahhar tas-seklu sbatax. Id-dmir li qed jitlob minna it-tielet ghan tas-Socjeta' huwa li nqanqlu interess u norganizzaw attivitajiet kulturali, socjali, edukattivi u civici. Fejn jidhlu l-attivitajiet kulturali, hija haga naturali li l-enfasi taghna bhala ghaqda muzikali tkun iffokata l-aktar fuq dak li ghandu x'jaqsma mal-kultura muzikali. Izda ahna ma waqafniex hawn. Waqt kuncerti u akkademji jinqraw xoghlijiet letterarji, xi drabi anke minnnies maghrufa f'dawn l-oqsma. F'attivitajiet civici ma nibqghux lura. Bizzejjed insemmu s-sehem tal-banda f'Jum Paola, il-kuncerti kbar li saru biex infakkru t-twaqqif ta' Paola u fl-okkazzjoni tad-dhul ta' malta fl-Unjoni Ewropea. Min imbaghad jista' jinsa l-attivitajiet tal-millenju li saru fis-sena 2000. Attivitajiet socjali jsiru bosta matul is-sena kollha. Dawn ikunu organizzati l-aktar mis-Sezzjoni Partitarji De Paule. Dan l-ahhar tajna bidu wkoll ghall-hargiet kulturali li minnhom diga' saru tnejn u hemm il-hsieb li jibqghu jsiru. Ir-raba' ghan tagna huwa li noffru post ta' rikreazzjoni ghall-membri u l-hbieb taghhom. Nistghu nghidu b'wiccna minn quddiem li l-mod kif qed natrezzaw il-kazin taghna qed johloq ambjent sabih fejn il-membri u shabhom jistghu jigu jqattghu siegha ta' mistrieh wara gurnata ta' hidma. Li tohloq u sseddqa l-ghaqda fost il-membri taghna u fost il-komunita' ta' Oala huwa l-hames ghan tas-Socjeta' taghna. L-istruttura amministrativa li ghandha is-Socjeta' qieghda hemm mhux biss biex tohloq l-attivitajiet izda wkoll biex thaffef il-ftehim u l-ko-ordinazzjoni fost il-membri. Ma nghidx li kultant ma jinholoqx xi konflitt fostna, Dan isir kull fejn hemm ghadd ta' nies. Ahna dejjem ghandna naraw li dawn il-konflitti insolvuhom malajr kemm jista' jkun ghax ghalina l-ewwel ghandu jigi l-gid tas-Socjeta'. Li jkun hawn l-ghaqda fil-komunita' ta' Paola u l-aktar matul il-granet sbieh tal-festa titulari, hija haga ferm importanti ghalina. Bhala dirigenti ahna hdiman u qed nahdmu biex din l-ghaqda ma tonqosx. Ahna nafu wkoll li l-maggoranza kbira tal-partitarji taghna jaghtu widen ghat-twissijiet taghna, anzi, bi pjacir nghidu li hafna minnhim jghinuna nzommu l-paci. Dan ma jfissirx li ahna ghandna nkunu dghajfa. Anzi noqghodu attenti li d-drittijiet taghna ma jmissholmna hadd. L-ahhar ghan tas-Socjeta' huwa li tkun prezenti f'korpi tal-lokal jew nazzjonali fejn il-prezenza taghna tkun tal-gid ghall-interess tal-membri fi hdanha. Storikament is-Socjeta' mninn dejjem harset lejn dan l-ghan bhala wiehed ta' importanza. Bizzejjed inssemmu li fl-1919 kellha sehem fl-Assemblea Nazzjnali u hadmet favur l-haddiem, l-ilsien Malti u l-Knisja Kattolika. Fl-1947 hadet sehem fit-twaqqif tal-Malta Band Clubs Association u ghadha membru sal-llum. Membri tas-Socjeta' jattendu laqghat organizzati minn korpi lokali u nazzjonali kull meta jkunu mistiedna sahansitra kellna membri fuq il-kumitat li organizza l-festi nazzjonali ta' Franza fl-2002. Hawn fuq tajt harsa hafifa dwar l-ghanijiet tas-Socjeta' u kif ahna qeghdin nahdmu biex inwettquhom. Bir-rieda tajba nistghu nkomplu naghmlu l-progress mixtieq. Naghlaq dan il-messag tieghi billi nrodd hajr lil kull min jghin lil din is-Socjeta' storika tkompli tilhaq l-ghanijiet taghha. Fost dawn in-nies hemm membri parlamentari, l-awtoritajiet civili u ekklesjastici, l-isponsors taghna, is-surmast, l-assistenti u l-bandisti, shabi tal-kumitat, membri tal-kumissjonijiet u l-ahhar izda mhux l-inqas, il-membri u l-ghadd kbir ta' partitarji tas-Socjeta'. Grazzi u l-festa t-tajba lil kulhadd. VIVA KRISTU RE VIVA S-SOCJETA' U L-BANDA TAGHNA. |