|
|
|
|
2008 FESTIVE MARCHES CD LAUNCHED
The 2008 festive marches CD has been launched. This CD contains some of the most popular marches. It has been produced on the occassion of the 110th Anniversary since the foundation of the Society. Should you wish to buy a copy please send an email.
LEJLA KULTURALI - 50 Anniversarju ta l-iSkola Sekondarja Ġuże' D'Amato Il-Banda De Paule kienet mistiedna ddoqq siltiet mużikali waqt programm mtella' biex ifakkar il-Ħamsin Anniversarju mill-ftuħ ta' l-iSkola Sekondarja Ġuze' D'Amato ta' Raħal Ġdid, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas More. Il-programm li esegwiet il-Banda taħt id-Direzzjoni Mro. Archibald Mizzi kien dan li gej:
REBBIEĦA TAL-LOTTERIJA TA' L-GĦID / EASTER LOTTERY WINNERS Ir-rebbieħa tal-lotterija ta' l-Għid huma l-biljetti li għandhom in-numri 2189 u 2501. Hawn taħt wieħed jista' jara il-biljetti.
Nhar it-Tlieta 18 ta' Marzu 2008 is-Soċjeta' ppreżżentat Akkademja tal-Gimgħa Mqaddsa fis-Sala Prinċipali tas-Soċjeta'. Il-Ko-ordinazzjoni kienet f'idejn il-Kummissjoni Kultura filwaqt li l-produzzjoni u direzzjoni kienet f'idejn is-Surmast David Sammut. Is-Sur Ġorġ Peresso qara letteratura varja fuq is-suġġett. Ħadu sehem ukoll il-kantanti zgħazagħ Christine Barbara u Marvic Monreal, l-organista Norbert Camilleri u l-pjanista Elizbeth Leonardi. Dawn akkumpanjaw il-Banda Kristu Re f'xi siltiet mil-programm li kien dan li ġej:-
ŻJARA TA' L-ONOR JASON AZZOPARDI FIL-KAŻIN Fl-10 ta' Jannar is-Soċjeta' De Paule kellha l-unur tilqa' lil Onor. Jason Azzopardi, wild Raħal Ġdid. Waqt din iż-żjara l-Onor. Azzopardi ltaqa' mal-Kumitat Ċentrali.
Ritratti mill-Kunċert ta' l-Epifanija organizzat mis-Socjeta' fil-5 ta' Jannar 2008 ġewwa is-Sala Prinċipali tal-Każin.
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||